F’dan is-sit elettroniku, l-imsieħba fil-proġett qed jagħtu tagħrif lill-pubbliku dwar ħidmiethom u dwar il-politiki lingwistiċi tal-Unjoni Ewropea. It-tir tagħna huwa li nġeddu u naġġornaw is-sit ta’ sikwit. Għal dan il-għan meta tinġibdilna l-attenzjoni għal xi nuqqasijiet, nagħmlu ħilietna biex inneħħuhom. Madanakollu, l-imsieħba m’għandhom l-ebda setgħa fuq is-siti elettroniċi li l-proġett marbut magħhom, u għalhekk l-imsieħba ma jistgħux jiggarantixxu li l-informazzjoni onlajn hija preċiża, sħiħa u aġġornata.

 

L-informazzjoni f’dan is-sit elettroniku:

hija ta’ natura ġenerali u ma tirreferi għall-ebda ċirkustanzi speċifiċi ta’ nies jew għaqdiet partikolari;

la hija sħiħa, la aġġornata, la preċiża u lanqas komprensiva;

mhix professjonali u mhix maħsuba biex tissuġġerixxi jew tagħti pariri legali (min ikun jeħtieġ xi parir, għandu jfittex l-għajnuna mingħand nies ikkwalifikati u professjonali);

Xi dokumenti fis-sit huma mehmużin ma’ siti jew paġni elettroniċi mmexxija minn organizzazzjonijiet jew kumpaniji oħra. Għaldaqstant, l-imsieħba ma jistgħux jiggarantixxu li l-informazzjoni kollha tas-sit hija dejjem relevanti, aġġornata u preċiża għax l-imsieħba m’għandhom l-ebda kontroll fuq is-siti l-mehmużin.

 

L-EACEA, l-aġenzija Ewropea inkarigata mill-edukazzjoni, il-materjal awdjoviżiv u l-kultura, ma tistax tinżamm responsabbli tal-użu li jista’ jsir mill-informazzjoni mogħtija fis-sit tal-proġett.